theatre-contemporain.net artcena.fr

L-Interdett taħt is-sodda

de Clare Azzopardi

Présentation

Fil-bidu tas-snin sittin dan il-kliem kien jidher fuq il-kartelluni li kienu jitwaħħlu mal-ħitan tal-knejjes. Fit-8 t’April 1961 l-Arċisqof Gonzi ddikjara l-interdett fuq Mintoff u l-membri kollha ta’ l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Kull min kien jaqra l-gazzetti tal-partit Laburista kien jagħmel dnub. F’Settembru ta’ l-1961 miet il-kittieb Ġużè Ellul Mercer, li baqa’ magħruf l-iktar għar-rumanz Leli ta’ Ħaż-Żgħir. Peress li Ellul Mercer kien jikteb regolarment f’Il-Ħelsien u kien ukoll membru fl-Eżekuttiv, ingħata wkoll l-interdett. Minħabba f’hekk ġie midfun fil-parti mhux kkonsagrata ta’ l-Addolorata; fl-hekk imsejħa l-Miżbla. Ellul Mercer ma kienx l-unika li ġie midfun fil-miżbla. Kien hemm ħames irġiel oħra u mara. Fi żmien l-interdett il-laburisti kollha ma setgħux jieħdu sehem fil-quddiesa, ma setgħux iqerru u jitqarbnu u l-kappillan ma kienx iberkilhom djarhom. Jekk taqra Il-Ħelsien kont tkun qed tagħmel dnub. Għal ħafna Maltin, żmien l-Interdett (1961-1964) kien żmien ta’ terrur. Tant hu hekk li meta ntlaħaq il-ftehim bejn L-isqof Gonzi u Mintoff, u tneħħa l-interdett, in-nies riedu jinsew kompletament dan iż-żmien ikrah u x’aktarx iddeċidew li jitfgħuh taħt is-sodda.

Nombre de personnages

  • 1 homme(s)
  • 2 femme(s)